This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0126
Case T-126/11 P: Appeal brought on 3 March 2011 by Luigi Marcuccio against the judgment of the Civil Service Tribunal delivered on 14 December 2010 in Case F-1/10, Marcuccio v Commission
Kawża T-126/11 P: Appell ippreżentat fit- 3 ta’ Marzu 2011 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fl- 14 ta’ Diċembru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-1/10, Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża T-126/11 P: Appell ippreżentat fit- 3 ta’ Marzu 2011 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fl- 14 ta’ Diċembru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-1/10, Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 120, 16.4.2011, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 120/17 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2011 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Diċembru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-1/10, Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-126/11 P)
2011/C 120/39
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
fi kwalunkwe każ: tannulla s-sentenza appellata, sa fejn il-Qorti tal-ewwel istanza: (a) iddikjarat bħala inammissibbli ċerti mit-talbiet imressqa mill-appellant fl-ewwel istanza (b) ċaħdet parti mit-talbiet l-oħra inkwistjoni għaliex dawn kienu strettament marbuta ma’ dawk meqjusa inammissibbli, (ċ) ikkundannat lill-appellant ibati l-ispejjeż sostnuti minnu fil-kawża quddiem l-ewwel istanza; |
— |
tiddikjara li t-talbiet kollha kienu ammissibbli fl-intier tagħhom u mingħajr l-ebda eċċezzjoni; |
— |
prinċipalment: tilqa’ fl-intier tagħhom u mingħajr l-ebda eċċezzjoni t-talbiet iddikjarati bħala inammissibbli jew miċħuda mill-Qorti tal-ewwel istanza, b’tali mod li t-tabliet kollha, li għandhom jitqiesu bħala li huma espressament riprodotti hawn, għal kull effett legali, jintlaqgħu fuq il-bażi tad-dispożittiv maqgħud tas-sentenza appellata, fil-parti li ma hijiex annullata, u s-sentenza li għandha tingħata fil-kuntest ta’ dan l-appell; |
— |
tikkundanna lill-appellata tirrimborsa lill-appellant l-ispejjeż kollha sostnuti matul il-proċedura li hija s-suġġett tal-appell preżenti, quddiem l-istanzi kollha ta’ ġudizzju; |
— |
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża li hija s-suġġett tal-appell preżenti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, b’kompożizzjoni differenti, sabiex jiddeċiedi mill-ġdid fuq il-mertu, fir-rigward tat-talbiet li illegalment tqisu bħala inammissibbli, kif ukoll it-talbiet li, konsegwentement, ġew illegalment miċħuda. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appell preżenti huwa ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-14 ta’ Diċembru 2010. L-imsemmija sentenza ċaħdet parzjalment ir-rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni li rrifjutat li tagħti rimbors b’rata normali għal diversi spejjeż mediċinali kif ukoll tad-deċiżjoni li rrifjutat ir-rimbors addizzjonali, jiġifieri bir-rata ta’ 100 %, għall-istess spejjeż mediċinali, kif ukoll għall-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tagħti lill-appellant ċertu ammont abbażi tal-ispejjeż mediċinali li huma dovuti lilu.
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant isostni tliet aggravji.
(1) |
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-illegalità tas-sentenza appellata fir-rigward tas-suġġett tar-rikors u l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni; |
(2) |
It-tieni aggravju huwa bbażata fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata u irraġonevoli tal-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq il-ksur illoġiku tal-ġurisprudenza f’dan il-qasam; |
(3) |
It-tielet aggravju huwa bbażat fuq nuqqas totali ta’ motivazzjoni, b’mod partikolari għal nuqqas ta’ gwida, tgħawwiġ u żnaturament tal-fatti kif ukoll tat-talbiet tal-appellant. |