EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0098

Kawża T-98/11 P: Appell ippreżentat fis- 17 ta’ Frar 2011 minn AG kontra d-digriet mogħti fis- 16 ta’ Diċembru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-25/10, AG vs Il-Parlament

ĠU C 120, 16.4.2011, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/15


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2011 minn AG kontra d-digriet mogħti fis-16 ta’ Diċembru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-25/10, AG vs Il-Parlament

(Kawża T-98/11 P)

2011/C 120/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: AG (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Appellata: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan l-appell bħala ammissibbli;

tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża F-25/10;

tilqa’ t-talbiet għall-annullament u għal kumpens ippreżentati minnha quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka aggravju wieħed ibbażat fuq id-distorsjoni tal-provi mressqa quddiem il-Qorti tal-ewwel istanza, fuq ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali u fuq ksur tad-dritt għal rimedju effettiv, sa fejn:

ebda prova mill-proċess ma tippermetti lit-TSP li jikkunsidra li l-appellanti ma kinitx diliġenti meta ma ħaditx ħsieb il-posta tagħha tul il-vaganzi tal-aħħar tas-sena tagħha, perjodu li fih il-pustier mar f’darha sa biex itiha l-ittra rreġistrata tal-Parlament li kien fiha r-risposta għall-ilment tagħha;

it-TSP ma spjegax x’kellu jinftiehem b’vaganzi “mtawwla”;

it-TSP qies li l-avviż ta’ passaġġ li l-appellanti sabet fil-kaxxa postali tagħha meta ġiet lura mill-vaganzi kien jirrigwarda neċessarjament l-ittra rreġistrata tal-Parlament li kien fiha r-risposta għall-ilment tagħha.


Top