This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0093
Case T-93/11: Action brought on 15 February 2011 — Stichting Corporate Europe Observatory v Commission
Kawża T-93/11: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Frar 2011 — Stichting Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni
Kawża T-93/11: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Frar 2011 — Stichting Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni
ĠU C 113, 9.4.2011, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/19 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2011 — Stichting Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-93/11)
2011/C 113/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stichting Corporate Europe Observatory (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Crosby, solicitor, u S. Santoro, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tikkonstata li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2010 fil-proċedimenti GESTDEM 2009/2508 tikser ir-Regolament Nru 1049/2001 (1) u għaldaqstant tannullaha; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2010 fil-proċedimenti GESTDEM 2009/2508 li tiċħad li tagħti aċċess totali għal għadd ta’ dokumenti relatati ma’ negozjati kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja, skont ir-Regolament Nru 1049/2001.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-eċċezzjoni ta’ relazzjonijiet internazzjonali hija inapplikabbli f’dan il-każ peress li d-dokumenti mitluba huma kollha ta’ dominju pubbliku.
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.