Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0084

    Kawża T-84/11: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Frar 2011 — Antrax It vs UASI — Heating Company (Radjaturi għat-tisħin)

    ĠU C 113, 9.4.2011, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 113/17


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2011 — Antrax It vs UASI — Heating Company (Radjaturi għat-tisħin)

    (Kawża T-84/11)

    2011/C 113/34

    Lingwa tar-rikors: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Antrax It Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentant: L. Gazzola, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heating Company BVBA (The) (Dilsen, il-Belġju)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Novembru 2010, fil-parti fejn iddikjara invalidu d-disinn Komunitarju Nru 000593959-0002

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Novembru 2010 fil-parti fejn ikkundanna lil Antrax IT s.r.l għall-ħlas tal-ispejjż sostnuti minn The Heating Company BVBA fil-proċedimenti quddiem l-UASI

    tikkundanna lill-UASI u lil The Heating Company għall-ħlas lil Antrax It s.r.l tal-ispejjeż ta’ din il-kawża

    tikkundanna lil The Heating Company BVBA għall-ħlas lil Antrax It s.r.l tal-ispejjeż sostnuti minnha fil-proċedimenti quddiem l-UASI.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn Komuniatrju Nru 000593959-0002 (radjaturi għat-tisħin)

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: The Heating Company BVBA

    Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: id-disinn Komunitarju kkontestat ma josservax il-ħtiġijiet tal-Artikoli 4 sa 9 tar-regolament dwar id-disinji Komunitarji (RDK), peress li huwa kważi identiku għall-mudell Ġermaniż Nru 4 inkluż fir-reġistrazzjoni multipla Nru 401 10481.8, ippubblikata fl-10 ta’ Settembru 2002 u dan fi Franza, l-Italja u l-Benelux, bħala mudell internazzjonali Nru DM/0608899

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: disinn Komunitarju ddikjarat invalidu

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u d-disinn Komunitarju ddikjarat invalidu

    Motivi invokati: L-eżistenza tal-karattru individwali tad-disinn Komunitarju Nru 000593959-0002.


    Top