Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0072

    Kawża T-72/11: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Frar 2011 — Sogepi Consulting y Publicidad vs UASI (ESPETEC)

    ĠU C 113, 9.4.2011, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 113/15


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2011 — Sogepi Consulting y Publicidad vs UASI (ESPETEC)

    (Kawża T-72/11)

    2011/C 113/31

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Sogepi Consulting y Publicidad, SL (Vic, Spanja) (rappreżentanti: J. P de Oliveira Vaz Miranda Sousa, T. Barceló Rebaque u N. Esteve Manasanch, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla u tirrevoka d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Novembru 2010 fil-Każ R 312/2010-2;

    konsegwentement tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 114 572“ESPETEC”, u

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja li għaliha saret applikazzjoni: it-trade mark verbali “ESPETEC”, għal prodotti fil-klassi 29.

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark irrifjutata.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-terminu “ESPETEC” ma għandux karattru distintiv jekk jiġi kkunsidrat indipendentement mill-prodotti li għalihom saret l-applikazzjoni u ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 peress li hemm żnaturament u evalwazzjoni żbaljata tal-provi tal-użu fis-suq tat-trade mark “ESPETEC”.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Top