EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TJ0143

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (ir-Raba' Awla) tal-5 ta' Diċembru 2012.
Consorzio vino Chianti Classico vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva 'F.F.R.' - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti CHIANTI CLASSICO - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta' probbabiltà ta' konfuzjoni - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nruº207/2009.
Kawża T-143/11.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2012:645





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Settembru 2011 – Consorzio vino Chianti Classico – FFR (Emblema b’disinn ta’ serduq)

(Kawża T-143/11)

“Trade mark Komunitarja – Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura – Intervent tal-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell – Risposta ppreżentata wara l-iskadenza tat-terminu – Ċaħda”

Proċedura - Intervent - Tressiq tat-talba għal intervent - Terminu (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 115, 116 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 135(1)) (ara l-punti 19, 23)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Jannar 2011 (Każ R 43/2010‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Consorzio vino Chianti Classico u Fédération française de rugby (FFR).

Dispożittiv

1)

La Fédération française de rugby (FFR) ma hijiex ammessa sabiex tipparteċipa fil-proċedura fil-Kawża T‑143/11 bħala intervenjenti skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

2)

Il-FFR għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Top