Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TJ0110

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla) tat-22 ta' Mejju 2012.
    Asa sp. z o.o. vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FEMIFERAL - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti Feminatal u figurattivi preċedenti feminatal - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Probabbilta' ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruº207/2009.
    Kawża T-110/11.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2012:253





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Mejju 2012 —
    Asa vs UASI — Merck (FEMIFERAL)

    (Kawża T‑110/11)

    “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FEMIFERAL — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti Feminatal u trade mark figurattiva preċedenti feminatal — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 24, 43‑51, 54)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2010 (Każ R 182/2010-1), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Merck sp. z o.o. u Asa sp. z o.o.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Asa sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top