Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0395(01)

    Kawża T-395/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta’ Ġunju 2012 — Elti vs Id-Delegazzjoni tal-Unjoni għall-Montenegro ( “Rikors għal annullament — Kuntratti pubbliċi għal provvisti — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Diġitizzazzjoni tas-servizz tax-xandir pubbliku fil-Montenegro — Deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt adottata mid-Delegazzjoni tal-Unjoni għall-Montenegro — Nuqqas ta’ kwalità ta’ konvenut — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 227, 28.7.2012, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 227/21


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2012 — Elti vs Id-Delegazzjoni tal-Unjoni għall-Montenegro

    (Kawża T-395/11) (1)

    (Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Diġitizzazzjoni tas-servizz tax-xandir pubbliku fil-Montenegro - Deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt adottata mid-Delegazzjoni tal-Unjoni għall-Montenegro - Nuqqas ta’ kwalità ta’ konvenut - Inammissibbiltà)

    2012/C 227/35

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Elti d.o.o. (Gornja Radgona, is-Slovenja) (rappreżentant: N. Zidar Klemenčič, avukat)

    Konvenuta: Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Montenegro (rappreżentanti: inizjalment minn N. Bertolini, aġent, sussegwentement minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

    Suġġett

    Prinċipalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni għall-Montenegro tal-21 ta’ Marzu 2011 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti għall-kuntratt ta’ provvista ta’ apparat intiż għad-diġitizzazzjoni tas-servizz tax-xandir pubbliku fil-Montenegro u, b’mod korrelattiv, li tagħti l-kuntratt imsemmi lil kumpannija oħra u, sussidjarjament, talba għal kumpens.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Elti d.o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 282, 24.9.2011.


    Top