Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0274

    Kawża T-274/11 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Diċembru 2011 — VE (*) vs Il-Kummissjoni ( “Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal kuntrattwali — Allowance ta’ espatrijazzjoni — Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-persunal — Kunċett ta’ residenza abitwali — Żnaturament tal-fatti — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat” )

    ĠU C 39, 11.2.2012, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 39/14


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2011 —  VE (*1) vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-274/11 P) (1)

    (Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal kuntrattwali - Allowance ta’ espatrijazzjoni - Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-persunal - Kunċett ta’ residenza abitwali - Żnaturament tal-fatti - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

    (2012/C 39/28)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: VE (*1) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewopea (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Marzu 2011,  VE (*1) vs Il-Kummissjoni (F-28/10, li għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

     VE (*1) huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


    (*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.

    (1)  ĠU C 232, 6.8.2011.


    Top