Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0203

    Kawża T-203/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Ġunju 2012 — Transports Schiocchet –Excursions vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni ( “Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Servizzi ta’ trasport bil-kowċ u x-xarabank bejn l-Istati Membri — Regolament (KEE) Nru 684/92 — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Assenza — Rikors manifestament infondat fid-dritt” )

    ĠU C 227, 28.7.2012, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 227/21


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2012 — Transports Schiocchet –Excursions vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

    (Kawża T-203/11) (1)

    (Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Servizzi ta’ trasport bil-kowċ u x-xarabank bejn l-Istati Membri - Regolament (KEE) Nru 684/92 - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Assenza - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

    2012/C 227/34

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Transports Schiocchet — Excursions (Beuvillers, Franza) (rappreżentant: É. Deshoulières, avukat)

    Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Karlsson u E. Dumitriu-Segnana, aġenti); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Rozet u N. Yerrell, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba l-applikazzjoni tas-sistema prevista mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92, tas-16 ta’ Marzu 1992, dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 306).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

    (2)

    Transports Schiocchet — Excursions hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 186, 25.6.2011.


    Top