Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0131

    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta’ Ġunju 2012 — Ezzedine et vs Il-Kunsill (Kawżi T-131/11, T-132/11, T-137/11, T-139/11 sa T-141/11, T-144/11 sa T-148/11 u T-182/11) ( “Politika barranija u ta’ siġurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Tneħħija mil-lista tal-persuni kkonċernati — Mewt tar-rikorrent — Rikors għal annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 217, 21.7.2012, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/22


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2012 — Ezzedine et vs Il-Kunsill

    (Kawżi T-131/11, T-132/11, T-137/11, T-139/11 sa T-141/11, T-144/11 sa T-148/11 u T-182/11) (1)

    (Politika barranija u ta’ siġurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Tneħħija mil-lista tal-persuni kkonċernati - Mewt tar-rikorrent - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2012/C 217/48

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ibrahim Ezzedine (Abidjan, Côte d’Ivoire) (Kawża T-131/11); Feh Lambert Kessé (Abidjan) (Kawża T-132/11); Georges Guiai Bi Poin (Abidjan); (Kawża T-137/11); Loba Emmanuel Patrice Gnango (Abidjan) (Kawża T-139/11); Badia Brice Guei (Abidjan) (Kawża T-140/11); Blé Brunot Dogbo (Abidjan) (Kawża T-141/11); Tiapé Edouard Kassarate (Abidjan) (Kawża T-144/11); Gagbei Faussignaux Vagba (Abidjan) (Kawża T-145/11); Claude Yoro (Abidjan) (Kawża T-146/11); Gogo Joachim Robe (Abidjan) (Kawża T-147/11); Philippe Mangou (Abidjan) (Kawża T-148/11); u Philippe Henry Dacoury Tabley (Abidjan) (Kawża T-182/11) (rappreżentanti: fil-Kawżi T-132/11, T-137/11, T-139/11, T-140/11, T-141/11, T-146/11, T-147/11 u T-182/11, G. Collard ; fil-Kawża T-131/11, inizialment G. Collard, sussegwentement F. Dressen u J. Y. Dupeux ; u, fil-Kawżi T-144/11, T-145/11 u T-148/11, G. Collard u L. Aliot, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen kif ukoll, fil-Kawzi T-131/11, T-132/11 u T-182/11, G. Étienne, fil-Kawzi T-139/11 sa T-141/11, C. Fekete u, fil-Kawzi T-144/11 sa T-148/11, E. Dumitriu-Segnana, agenti)

    Partijiet intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire (rappreżentanti: J. P. Mignard u J. P. Benoit, avukati, fil-Kawzi T-132/11, T-137/11, T-140/11, T-141/11 u T-144/11 sa T-148/11); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u M. Konstantinidis kif ukoll, fil-Kawzi T-137/11, T-139/11 sa T-141/11 u T-144/11 sa T-148/11, inizjalment E. Cujo, agenti)

    Suġġett

    Fil-Kawżi T-132/11, T-137/11, T-139/11 sa T-141/11 u T-144/11 sa T-148/11, talbiet għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1), fil-Kawża T-131/11, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/71/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 28, p. 60), u fil-Kawża T-182/11, talba għall-annullament, min-naħa, tad-deċiżjoni 2011/71, u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 85/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 28, p. 32).

    Dispożittiv

    (1)

    Il-Kawżi T-131/11, T-132/11, T-137/11, T-139/11 sa T-141/11, T-144/11 sa T-148/11 u T-182/11 huma maqgħuda għall-finijiet tad-digriet.

    (2)

    Ma hemmx iktar lok għal deċiżjoni fuq ir-rikorsi.

    (3)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, barra mill-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn I. Ezzedine, F. L. Kessé, G. Guiai Bi Poin, L.E.P. Gnango, B. Price Guei, B. Brunot Dogbo, T. E. Kassarate, G. F. Vagba, C. Yoro, G. J. Robe, P. Mangou u P. H. Dacoury-Tabley.

    (4)

    Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 130, 30.4.2011.


    Top