EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0126

Kawża T-126/11 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Marzu 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni ( “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Rimbors tal-ispejjeż mediċi — Att li jikkawża preġudizzju — Rifjut impliċitu — Obbligu ta’ motivazzjoni — Appell parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli” )

ĠU C 126, 28.4.2012, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-126/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Rimbors tal-ispejjeż mediċi - Att li jikkawża preġudizzju - Rifjut impliċitu - Obbligu ta’ motivazzjoni - Appell parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli)

2012/C 126/35

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Curall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tal-14 ta’ Diċembru 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-1/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

(2)

L-appell inċidentali huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

(3)

L. Marcuccio huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu, għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-appell.

(4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-kuntest tal-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 120, 16.04.2011.


Top