Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0589

    Kawża T-589/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Novembru 2012 — Phonebook of the World vs UASI — Seat Pagine Gialle (PAGINE GIALLE) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali PAGINE GIALLE — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru distintiv — Assenza ta’ karattru deskrittiv — Assenza ta’ sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw komunement — Artikolu 7(1)(b) sa (d), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Kisba ta’ karattru distintiv bl-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009” )

    ĠU C 9, 12.1.2013, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 9/36


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2012 — Phonebook of the World vs UASI — Seat Pagine Gialle (PAGINE GIALLE)

    (Kawża T-589/11) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali PAGINE GIALLE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Assenza ta’ sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw komunement - Artikolu 7(1)(b) sa (d), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Kisba ta’ karattru distintiv bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009)

    2013/C 9/64

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Phonebook of the World (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Bertrand, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seat Pagine Gialle SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Awwissu 2011, (Każ R 1541/2010-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Phonebook of the World u Seat Pagine Gialle SpA.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Phonebook of the World hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 32, 4.2.2012.


    Top