This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TA0536
Case T-536/11: Judgment of the General Court of 8 July 2015 — European Dynamics Luxembourg and Others v Commission (Public service contracts — Tender procedure — Provision of computing services for the development and maintenance of software, consultancy and assistance for different types of IT applications — Ranking of a tenderer’s bid in the cascade for different lots and ranking of the bids of other tenderers — Obligation to state reasons — Award criterion — Manifest error of assessment — Non-contractual liability)
Kawża T-536/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs Il-Kummissjoni (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ żvilupp u ta’ manutenzjoni ta’ softwer, ta’ konsulenza u ta’ assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet informatiċi — Klassifika tal-offerta ta’ offerent fil-kaskata għal diversi lottijiet u klassifika tal-offerti ta’ offerenti oħra — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kriterju ta’ għoti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
Kawża T-536/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs Il-Kummissjoni (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ żvilupp u ta’ manutenzjoni ta’ softwer, ta’ konsulenza u ta’ assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet informatiċi — Klassifika tal-offerta ta’ offerent fil-kaskata għal diversi lottijiet u klassifika tal-offerti ta’ offerenti oħra — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kriterju ta’ għoti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
Information about publishing Official Journal not found, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-536/11) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ żvilupp u ta’ manutenzjoni ta’ softwer, ta’ konsulenza u ta’ assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet informatiċi - Klassifika tal-offerta ta’ offerent fil-kaskata għal diversi lottijiet u klassifika tal-offerti ta’ offerenti oħra - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kriterju ta’ għoti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2015/C 279/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu); European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju); u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, M. Dermitzakis u N. Theologou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: initizjalment S. Delaude u V. Savov, sussegwentement S. Delaude, aġenti, assistiti minn O. Graber-Soudry, solicitor)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tat-22 ta’ Lulju 2011, li tikklassifika lir-rikorrenti, għall-offerti tagħhom ippreżentati fir-rigward tas-sejħa għal offerti AO 10340, dwar il-provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ żvilupp u ta’ manutenzjoni ta’ softwer, ta’ konsulenza u ta’ assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet informatiċi (ĠU 2011/S 66-106099), fit-tielet pożizzjoni fil-kaskata għal-lott Nru 1, fit-tielet pożizzjoni fil-kaskata għal-lott Nru 4 u fit-tieni pożizzjoni fil-kaskata għal-lott Nru 3, kif ukoll tad-deċiżjonijiet li jagħtu l-kuntratti inkwistjoni lil offerenti oħra sa fejn dawn jirrigwardaw il-klassifika tagħhom u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huma kkundannati għall-ispejjeż. |