Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0504

    Kawża T-504/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta’ Frar 2013 — Hartmann vs UASI — Protecsom (DIGNITUDE) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DIGNITUDE — Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti Dignity — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Assenza ta’ xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 79, 16.3.2013, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 79/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2013 — Hartmann vs UASI — Protecsom (DIGNITUDE)

    (Kawża T-504/11) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DIGNITUDE - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti Dignity - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2013/C 79/31

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Paul Hartmann AG (Heidenheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Protecsom SAS (Valognes, Franza)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1197/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Paul Hartmann AG u Protecsom SAS.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Paul Hartmann AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 340, 19.11.2011.


    Top