Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0487

    Kawża T-487/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Diċembru 2014 – Banco Privado Português u Massa Insolvente do Banco Privado Português vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Settur finanzjarju — Garanzija mill-Istat marbuta ma’ self bankarju — Għajnuna intiża li tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru — Artikolu 107(3)(b) TFUE — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà — Konformità mal-avviżi tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna fis-settur finanzjarju fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja — Aspettattiva leġittima — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

    ĠU C 46, 9.2.2015, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/43


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Banco Privado Português u Massa Insolvente do Banco Privado Português vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-487/11) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Settur finanzjarju - Garanzija mill-Istat marbuta ma’ self bankarju - Għajnuna intiża li tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru - Artikolu 107(3)(b) TFUE - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà - Konformità mal-avviżi tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna fis-settur finanzjarju fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja - Aspettattiva leġittima - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

    (2015/C 046/52)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Banco Privado Português, SA (Lisbona, il-Portugall); u Massa Insolvente do Banco Privado Português, SA (Lisbona) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, F. Pereira Coutinho, M. Esperança Pina, T. Mafalda Santos, R. Leandro Vasconcelos u A. Kéri, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u M. Afonso, aġenti)

    Suġġett

    Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2011/346/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 33/09 (ex NN 57/09, ex CP 191/09) implementata mill-Portugall fil-forma ta’ garanzija tal-Istat lil BPP (ĠU 2011. L 159, p. 95).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Banco Privado Português, SA u Massa Insolvente do Banco Privado Português, SA huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 340, 19.11.2011.


    Top