Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0342

    Kawża T-342/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Frar 2014 — CEEES u Asociación de Gestores de Estaciones de Servicio vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tal-pompi tal-petrol — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ impenji li saru obbligatorji b’deċiżjoni tal-Kummissjoni — Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura — Multi — Pagamenti ta’ penalità” )

    ĠU C 78, 15.3.2014, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 78/7


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2014 — CEEES u Asociación de Gestores de Estaciones de Servicio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-342/11) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tal-pompi tal-petrol - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ impenji li saru obbligatorji b’deċiżjoni tal-Kummissjoni - Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura - Multi - Pagamenti ta’ penalità)

    2014/C 78/14

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (CEEES) (Madrid, Spanja); u Asociación de Gestores de Estaciones de Servicio (Madrid) (rappreżentanti: A. Hernández Pardo, B. Marín Corral, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

    Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Muñoz Pérez, sussegwentement minn S. Centeno Huerta u fl-aħħar nett minn A. Rubio González, abogados del Estado); u Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA (rappreżentanti: J. Jiménez-Laiglesia Oñate u S. Rivero Mena, avukati)

    Suġġett

    Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2994 finali, tat-28 ta’ April 2011, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni allegatament imwettqa minn REPSOL (Każ COMP/39.461).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Il-Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (CEEES) u l-Asociación de Gestores de Estaciones de Servicio għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    (3)

    Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

    (4)

    Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 252, 27.08.2011.


    Top