EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0319

Kawża T-319/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ April 2014 – ABN Amro Group vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Settur finanzjarju — Għajnuna ddestinata li tirrimedja għal tħarbit gravi fl-ekonomija ta’ Stat Membru — Artikolu 107(3)(b) TFUE — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-għajnuna — Projbizzjoni fuq l-akkwisti — Konformità mal-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna għas-settur finanzjarju fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għall-proprjetà)

ĠU C 159, 26.5.2014, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 159/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ April 2014 – ABN Amro Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-319/11) (1)

((Għajnuna mill-Istat - Settur finanzjarju - Għajnuna ddestinata li tirrimedja għal tħarbit gravi fl-ekonomija ta’ Stat Membru - Artikolu 107(3)(b) TFUE - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-għajnuna - Projbizzjoni fuq l-akkwisti - Konformità mal-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna għas-settur finanzjarju fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għall-proprjetà))

2014/C 159/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ABN Amro Group NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: W. Knibbeler u P. van den Berg, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/823/UE, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-miżuri C 11/09 (ex NN 53b/08, NN 2/10 u N 19/10) implimentati mill-Istat tal-Pajjiżi l-Baxxi għal ABN AMRO Group NV (maħluqa wara l-fużjoni bejn Fortis Bank Nederland u ABN AMRO N) (ĠU L 333, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ABN Amro Group NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 27.8.2011.


Top