Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0316

    Kawża T-316/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Settembru 2011 — Kadio Morokro vs Il-Kunsill ( Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni )

    ĠU C 319, 29.10.2011, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 319/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2011 — Kadio Morokro vs Il-Kunsill

    (Kawża T-316/11) (1)

    (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni)

    2011/C 319/39

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Mathieu Kadio Morokro (Cocody, Côte d’Ivoire) (rappreżentant: S. Le Damany, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u G. Étienne, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/221/PESK, tas-6 ta’ April 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 93, p. 20), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 93, p. 10), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-Deċiżjoni 2011/221/PESK tal-Kunsill, tas-6 ta’ April 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire, huma annullati, sa fejn dawn jikkonċernaw lil M. Kadio Morokro.

    (2)

    L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/221 huma miżmuma f’dak li jikkonċernaw lil M. Kadio Morokro sakemm l-effett tal-annullament tar-Regolament Nru 330/2011 jidħol fis-seħħ.

    (3)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu stess, għall-ispejjeż sostnuti minn M. Kadio Morokro.


    (1)  ĠU C 226, 30.07.2011.


    Top