This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TA0287
Case T-287/11: Judgment of the General Court of 4 February 2016 — Heitkamp BauHolding v Commission (State aid — German tax legislation concerning loss carry-forward to future tax years (Sanierungsklausel) — Decision declaring the aid incompatible with the internal market — Action for annulment — Individual concern — Admissibility — Concept of State aid — Selectivity — Nature and general scheme of the tax system)
Kawża T-287/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Heitkamp BauHolding vs Il-Kummissjoni [“Għajnuna mill-Istat — Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża li tikkonċerna r-riport tat-telf lejn is-snin fiskali futuri (Sanierungsklausel) — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Interess individwali — Ammissibbiltà — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Natura selettiva — Natura u struttura tas-sistema fiskali”]
Kawża T-287/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Heitkamp BauHolding vs Il-Kummissjoni [“Għajnuna mill-Istat — Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża li tikkonċerna r-riport tat-telf lejn is-snin fiskali futuri (Sanierungsklausel) — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Interess individwali — Ammissibbiltà — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Natura selettiva — Natura u struttura tas-sistema fiskali”]
ĠU C 98, 14.3.2016, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 98/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Heitkamp BauHolding vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-287/11) (1)
([“Għajnuna mill-Istat - Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża li tikkonċerna r-riport tat-telf lejn is-snin fiskali futuri (Sanierungsklausel) - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Interess individwali - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Natura selettiva - Natura u struttura tas-sistema fiskali”])
(2016/C 098/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Heitkamp BauHolding GmbH (Herne, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment W. Niemann, M. Kiera-Nöllen u S. Geringhoff, sussegwentement W. Niemann, S. Geringhoff u P. Dodos, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Lyal, T. Maxian Rusche u M. Adam, sussegwentement R. Lyal, T. Maxian Rusche u C. Egerer, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/UE, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) implimentata mill-Ġermanja Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà (“Sanierungsklausel”) (ĠU L 235, p. 26).
Dispożittiv
1) |
L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda. |
2) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat. |
3) |
Heitkamp BauHolding GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha. |
4) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |