Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0247

    Kawża T-247/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Marzu 2013 — FairWild Foundation vs UASI — Wild (FAIRWILD) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali FAIRWILD — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti WILD — Raġuni assoluta għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 114, 20.4.2013, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2013 — FairWild Foundation vs UASI — Wild (FAIRWILD)

    (Kawża T-247/11) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali FAIRWILD - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti WILD - Raġuni assoluta għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2013/C 114/53

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: FairWild Foundation (Weinfelden, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. Neuwald u S. Müller, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rudolf Wild GmbH & Co. KG (Eppelheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Franke, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1014/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rudolf Wild GmbH & Co. KG u FairWild Foundation.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    FairWild Foundation hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 238, 13.08.2011


    Top