EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0234

Kawża T-234/11 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Ġunju 2012 — Arango Jaramillo et vs BEI ( “Appell — Servizz Pubbliku — Persunal tal-BEI — Pensjonijiet — Kontribuzzjoni għas-skema tal-pensjonijiet — Rikors miċħud fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Terminu raġonevoli” )

ĠU C 227, 28.7.2012, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2012 — Arango Jaramillo et vs BEI

(Kawża T-234/11 P) (1)

(Appell - Servizz Pubbliku - Persunal tal-BEI - Pensjonijiet - Kontribuzzjoni għas-skema tal-pensjonijiet - Rikors miċħud fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Terminu raġonevoli)

2012/C 227/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Oscar Orlando Arango Jaramillo (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u l-34 membru tal-persunal ieħor tal-Bank Ewropew tal-Investiment li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-Anness għas-sentenza (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz u T. Gilliams, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-4 ta’ Frar 2011, Arango Jaramillo et vs BEI (F-34/10, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra) u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Oscar Orlando Arango Jaramillo u l-34 membru tal-persunal ieħor tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-Anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-BEI fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 211, 16.7.2011.


Top