EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0201

Kawża T-201/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 17 ta’ Diċembru 2014 – Si.mobil vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq Sloven tat-telefonija ċellulari — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment — Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru — Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni” )

ĠU C 56, 16.2.2015, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2014 – Si.mobil vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq Sloven tat-telefonija ċellulari - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru - Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni”))

(2015/C 056/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Si.mobil telekomunikacijske storitve d.d. (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentanti: inizjalment P. Alexiadis u E. Sependa, solicitors, sussegwentement P. Alexiadis, P. Figueroa Regueiro u A. Melihen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Giolito, B. Gencarelli u A. Biolan, sussegwentement C. Giolito u A. Biolan, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: T. Mihelič Žitko u V. Klemenc, aġenti); u Telekom Slovenije d.d. li qabel kienet Mobitel, telekomunikacijske storitve d.d. (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentanti: J Sladič u P. Sladič, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2011) 355 finali, tal-24 ta’ Jannar 2011, li tiċħad, minħabba n-nuqqas ta’ interess ġuridiku tal-Unjoni Ewropea, l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra Mobitel, għal aġir allegatament kuntrarju għad-dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni fis-suq Sloven tat-telefonija ċellulari (Każ COMP/39.707 – Si.mobil/Mobitel).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Si.mobil telekomunikacijske storitve d.d. hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ Telekom Slovenije d.d.

3)

Ir-Repubblika Slovena għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 160, 28.05.2011.


Top