EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0082

Kawża F-82/11: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Awwissu 2011 — ZZ et vs Il-Parlament

ĠU C 340, 19.11.2011, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/41


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2011 — ZZ et vs Il-Parlament

(Kawża F-82/11)

2011/C 340/85

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Talba sabiex tiġi kkonstatata l-illegalità tal-elezzjonijiet tal-kumitat tal-persunal tal-Parlament u tal-astensjoni tal-Parlament Ewropew milli jintervjeni fir-rigward tal-illegalitajiet differenti li affettwaw il-proċess elettorali.

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata l-illegalità tal-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal tal-Parlament Ewropew li seħħew mis-27 ta’ Ottubru sal-24 ta’ Novembru 2010;

tikkonstata l-illegalità tal-astensjoni tal-Parlament Ewropew milli jintervjeni fir-rigward tal-irregolaritajiet differenti li affettwaw il-proċess elettorali;

tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-20 ta’ Mejju 2011 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament li tiċħad l-ilment tal-20 ta’ Jannar 2011 tar-rikorrenti intiż għall-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal tad-19 ta’ Novembru 2010 kif ukoll tar-riżultati ppublikati fit-23 u fl-24 ta’ Novembru u fl-10 ta’ Diċembru 2010 u tal-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet ġodda jew għall-inqas ta’ tieni skrutinju;

tikkundanna lill-Parlament ibati l-ispejjeż.


Top