Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0060

    Kawża F-60/11: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs BĊE

    ĠU C 211, 16.7.2011, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 211/35


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs BĊE

    (Kawża F-60/11)

    2011/C 211/71

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

    Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tikkonferma d-deċiżjoni preċedenti tiegħu dwar is-sospensjoni tar-rikorrent b’effett mill-5 ta’ Awwissu 2010 u talba għad-danni.

    Talbiet tar-rikorrent

    Ir-rikorrent jitlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

    jannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tat-23 ta’ Novembru 2010 li tikkonferma d-deċiżjoni tal-4 ta’ Awwissu 2010 dwar is-sospensjoni tar-rikorrent u, jekk ikun neċessarju, id-deċiżjoni tal-15 ta’ Marzu 2011 li tiċħad l-appell speċjali;

    konsegwentement, jordna l-integrazzjoni sħiħa mill-ġdid tar-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu permezz ta’ reklamar xieraq sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid l-unur tiegħu;

    fi kwalunkwe każ, tordna li jingħata kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrent evalwat ex aequo et bono għal EUR 20 000,00;

    tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.


    Top