EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0057

Kawża F-57/11: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 211, 16.7.2011, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/33


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-57/11)

2011/C 211/68

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirrikonoxxix l-effett tal-aċċettazzjoni, mir-rikorrent, tal-pożizzjoni ta’ uffiċjal bi prova (assistent) fiċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka bħala assistent tekniku, offruta lilu mill-Kummissjoni, u t-talba għall-kumpens għad-danni materjali u morali.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittra tagħha tal-5 ta’ Awwissu 2010, li ma tirrikonoxxix l-effett tal-aċċettazzjoni, mir-rikorrent, tal-pożizzjoni ta’ uffiċjal bi prova (assistent) fiċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka, f’Ispra, bħala assistent tekniku, offruta lilu mill-Kummissjoni permezz tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tat-30 ta’ Lulju 2010, mibgħuta lilu permezz tal-posta elettronika fit-30 ta’ Lulju 2010, u li tirrevoka dik l-offerta;

jannulla, sa fejn hu meħtieġ, l-atti preparatorji għall-imsemmija deċiżjoni kkontestata;

jannulla, sa fejn hu meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrifjuta l-ilment imressaq mir-rikorrenti u li tinsab fl-ittra tal-10 ta’ Frar 2011, ikkomunikata lir-rikorrent l-għada;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens għad-danni materjali li jirriżultaw mid-deċiżjoni li ma tirrikonoxxix l-effett tal-aċċettazzjoni, mir-rikorrent, tal-pożizzjoni bi prova (assistent) fiċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka, f’Ispra, bħala assistent tekniku, offruta lilu mill-Kummissjoni permezz tad-deċiżjoni li tinsab fl-imsemmija ittra tat-30 ta’ Lulju 2010; il-ħsara qiegħda tiġi provviżorjament ikkwantifikata billi tiġi kkalkolata d-differenza bejn ir-remunerazzjoni totali reali li rċieva r-rikorrent fil-pożizzjoni tiegħu bħala aġent temporanju fiċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka u dik li kien ikun intitolat għaliha kieku ġie tempestivament impjegat wara l-aċċettazzjoni tal-imsemmija offerta għall-pożizzjoni ta’ uffiċjal fl-ewwel skala tal-grad AST 3, biż-żieda tal-interessi moratorji;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens għad-danni morali li jirriżultaw mid-deċiżjoni li ma tirrikonoxxix l-effett tal-aċċettazzjoni, mir-rikorrent, tal-pożizzjoni ta’ uffiċjal bi prova (assistent) fiċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka, f’Ispra, bħala assistent tekniku, offruta lilu mill-Kummissjoni permezz tad-deċiżjoni li tinsab fl-imsemmija ittra tat-30 ta’ Lulju 2010, kif se jkun stabbilit ex æquo et bono mit-Tribunal tas-Servizz Pubbliku, u li qed jiġi indikat hawnhekk, provviżorjament, għal ammont daqs tliet darbiet ir-remunerazzjoni mensili bażika ta’ uffiċjal fl-ewwel skala fil-grad AST 3, fl-ammont totali ugwali għal EUR 10 001,31;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top