Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0035

    Kawża F-35/11: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Parlament

    ĠU C 211, 16.7.2011, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 211/33


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Parlament

    (Kawża F-35/11)

    2011/C 211/67

    Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J. Rybánsky, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li jagħti lir-rikorrent biss nofs l-allowance ta’ installazzjoni li normalment hu intitolat għaliha.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew (Unità tad-Drittijiet Individwali) tat-28 ta’ Mejju 2010 dwar l-allokazzjoni tal-allowance ta’ installazzjoni lir-rikorrent f’dik il-parti li tistabbilixxi l-allowance ta’ installazzjoni għal perijodu ta’ xahar biss tas-salarju bażiku u li ma tikkonċedix l-allowance ta’ installazzjoni ekwivalenti għal xahrejn tas-salarju bażiku;

    jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Jannar 2011, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent ippreżentat skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;

    jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


    Top