Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FA0111

    Kawża F-111/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 21 ta’ Marzu 2013 — van der Aat et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri l-oħra tal-persunal — Artikoli 64, 65 u 65a tar-Regolamenti tal-Persunal — Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Regolament (UE) Nru 1239/2010 — Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni — Uffiċjali assenjati f’Ispra)

    ĠU C 147, 25.5.2013, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 147/32


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013 — van der Aat et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-111/11) (1)

    (Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri l-oħra tal-persunal - Artikoli 64, 65 u 65a tar-Regolamenti tal-Persunal - Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament (UE) Nru 1239/2010 - Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni - Uffiċjali assenjati f’Ispra)

    2013/C 147/59

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: van der Aat et (Besozzo, l-Italja), (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal, u D. Abreu Caldas, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-dikjarazzjonijiet ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti ta’ Frar 2011 u d-dikjarazzjonijiet ta’ remunerazzjoni tax-xhur ta’ wara li japplikaw il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni ġdid għall-belt ta’ Varese skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2010, tal-20 ta’ Diċembru 2010.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa micħud.

    (2)

    Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

    (3)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li intervjena fil-kawża, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 6, 07.01.2012, p. 27.


    Top