This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011FA0093
Case F-93/11: Judgment of the Civil Service Tribunal (2nd Chamber) of 21 March 2013 — Taghani v Commission (Civil service — Open competition — Selection board’s decision not to admit to the assessment tests — Remedies — Court action brought without waiting for a decision on the administrative complaint — Admissibility — Amendment of the competition notice after admission tests held — Principle of the protection of legitimate expectations — Legal certainty)
Kawża F-93/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal- 21 ta’ Marzu 2013 — Taghani vs Il-Kommissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni — Rimedji ġudizzjarji — Rikors ġurisdizzjonali ppreżentat mingħajr stennija għad-deċiżjoni dwar l-ilment — Ammissibbiltà — Bdil fl-avviż ta’ kompetizzjoni wara li saru t-testijiet ta’ ammissjoni — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali)

ĠU C 147, 25.5.2013, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/32 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013 — Taghani vs Il-Kommissjoni
(Kawża F-93/11) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni - Rimedji ġudizzjarji - Rikors ġurisdizzjonali ppreżentat mingħajr stennija għad-deċiżjoni dwar l-ilment - Ammissibbiltà - Bdil fl-avviż ta’ kompetizzjoni wara li saru t-testijiet ta’ ammissjoni - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali)
2013/C 147/58
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jamal Taghani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kommissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni meħuda mill-President tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 — Segretarji (AST 1) li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni.
Dispożittiv tas-sentenza
(1) |
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/111/10, tal-15 ta’ Ġunju 2011, li ma taċċettax li J. Taghani jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni hija annullata. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tagħti lil J. Taghani EUR 1 000. |
(3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(4) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
(1) ĠU C 347, 26.11.2011, p. 46