EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FA0054

Kawża F-54/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas- 17 ta’ Lulju 2012 — BG vs L-Ombudsman Ewropew (Servizz pubbliku — Proċedura dixxiplinari — Sanzjoni dixxiplinari — Revoka — Eżistenza ta’ inkjesta preliminarja quddiem il-qrati kriminali nazzjonali fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ revoka — Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa — Projbizzjoni ta’ tkeċċija ta’ ħaddiema tqila matul il-perijodu mill-bidu tat-tqala tagħha sat-tmiem tal-leave tal-maternità tagħha)

ĠU C 46, 16.2.2013, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/29


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Lulju 2012 — BG vs L-Ombudsman Ewropew

(Kawża F-54/11) (1)

(Servizz pubbliku - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Revoka - Eżistenza ta’ inkjesta preliminarja quddiem il-qrati kriminali nazzjonali fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ revoka - Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa - Projbizzjoni ta’ tkeċċija ta’ ħaddiema tqila matul il-perijodu mill-bidu tat-tqala tagħha sat-tmiem tal-leave tal-maternità tagħha)

2013/C 46/55

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BG (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: L-Ombudsman Ewropew (rappreżentanti: J. Sant’Anna, aġent, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Servizz pubbliku — Talba intiża għall-annullament ta’ deċiżjoni li tapplika fuq ir-rikorrenti s-sanzjoni ta’ revoka mingħajr telf tad-drittijiet għall-pensjoni. Konsegwentement, talba, prinċipalment, sabiex ir-rikorrenti tiġi riintegrata fil-post tagħha u, sussidjarjament, li jingħatalha ammont li jikkorrispondi għar-remunerazzjoni li kieku hija kienet tirċievi bejn id-data li fiha daħlet fis-seħħ ir-revoka u d-data li fiha hija tilħaq l-età ta’ rtirar. Fi kwalunkwe ipoteżi, talba intiża għall-għoti ta’ ammont lir-rikorrenti għad-dannu morali subit.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ta’ BG huwa miċħud.

(2)

BG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Ombudsman Ewropew.


(1)  ĠU C 204, 09.07.2011, p. 30.


Top