EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FA0017

Kawża F-17/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad- 19 ta’ Frar 2013 — BB vs Il-Kummissjoni Ewropea (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Rikors għal annullament — Rikors għad-danni)

ĠU C 101, 6.4.2013, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/33


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Frar 2013 — BB vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-17/11) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)

2013/C 101/61

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BB (rappreżentant: A. Blot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma ġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għal terz tal-ispejjeż sostnuti minn BB.

(3)

BB għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 186, 25.06.2011, p. 33.


Top