This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CO0167
Order of the Court (Seventh Chamber) of 22 March 2012. # Cantiere navale De Poli SpA v European Commission. # Appeal - Article 119 of the Rules of Procedure - State aid - Incompatibility with the common market - Commission Decision - Alteration to existing aid - Regulation (EC) No 794/2004 - Regulation (EC) No 1177/2002 - Temporary defensive mechanism for shipbuilding. # Case C-167/11 P.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-22 ta' Marzu 2012.
Cantiere navale De Poli SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-proċedura - Għajnuna mill-Istat - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Modifika ta' għajnuna eżistenti - Regolament (KE) Nru 794/2004 - Regolament (KE) Nru 1177/2002 - Mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti.
Kawża C-167/11 P.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-22 ta' Marzu 2012.
Cantiere navale De Poli SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-proċedura - Għajnuna mill-Istat - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Modifika ta' għajnuna eżistenti - Regolament (KE) Nru 794/2004 - Regolament (KE) Nru 1177/2002 - Mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti.
Kawża C-167/11 P.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:164
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 — Cantiere navale De Poli vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑167/11 P)
“Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Għajnuna mill-Istat — Inkompatibbiltà mas-suq komuni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Modifika ta’ għajnuna eżistenti — Regolament (KE) Nru 794/2004 — Regolament (KE) Nru 1177/2002 — Mekkaniżmu temporanju difensiv favur it-tarznari”
1. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proġetti ta’ għajnuna — Notifika lill-Kummissjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tad-data tan-notifika — Neċessità ta’ notifika, fil-każ ta’ mekkaniżmu ta’ difiża temporanja, qabel l-iskadenza tar-regolament li jippermetti l-għoti tal-għajnuna (Artikolu 88(3) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1177/2002, Artikolu 5) (ara l-punti 31, 32)
2. Appell — Aggravji — Aggravju fformulat kontra motiv ta’ sentenza li ma huwiex neċessarju sabiex jiġi ġġustifikat id-dispożittiv tagħha — Aggravju ineffettiv (ara l-punt 43)
3. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proġetti ta’ għajnuna — Eżami mill-Kummissjoni — Applikazzjoni tar-regoli ta’ dritt materjali fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (Artikolu 88(3) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1177/2002, Artikolu 5) (ara l-punti 51-53)
4. Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Ugwaljanza fit-trattament — Kunċett — Inugwaljanza fit-trattament li tirriżulta mil-limitazzjoni ratione temporis tal-awtorizzazzjoni li tingħata għajnuna mill-Istat f’settur tas-suq — Ġustifikazzjoni oġġettiva (Regolament tal-Kunsill Nru 1177/2002, Artikolu 5) (ara l-punti 74-76)
5. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ miżura nazzjonali mal-Artikolu 87(1) KE — Assenza ta’ aspettattivi leġittimi fil-każ ta’ modifika tal-iskema ta’ għajnuna li tmur lil hinn mill-qafas tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 85-87)
6. Appell — Formulazzjoni tal-aggravji u tal-argumenti legali fir-rikors — Aggravju li manifestament ma huwiex intiż li jikkritika s-sentenza — Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 99, 100, 115)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 — Cantiere Navale De Poli vs Il-Kummissjoni (T‑584/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/38/KE, tal-21 ta’ Ottubru 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat 20/08 (ex N 62/08) li l-Italja qed tippjana li timplimenta permezz ta’ modifikazzjoni fl-iskema tal-għajnuna N 59/04 dwar mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti (ĠU 2010, L 17, p. 50) |
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Cantiere navale De Poli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
3) |
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |