This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CO0069
Order of the Court (Eighth Chamber) of 9 December 2011.#Connoisseur Belgium BVBA v Belgische Staat.#Reference for a preliminary ruling: Rechtbank van eerste aanleg te Brugge - Belgium.#Article 104(3), first subparagraph, of the Rules of Procedure - Sixth VAT Directive - Article 11.A(1)(a) - Taxable amount - Costs not charged by the taxable person.#Case C-69/11.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta' Diċembru 2011.
Connoisseur Belgium BVBA vs Belgische Staat.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Rechtbank van eerste aanleg te Brugge - il-Belġju.
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Sitt Direttiva tal-VAT - Arikolu 1lA(1)(a) - Valur taxxabbli - Spejjeż mhux iffatturati mill-persuna taxxabbli.
Kawża C-69/11.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta' Diċembru 2011.
Connoisseur Belgium BVBA vs Belgische Staat.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Rechtbank van eerste aanleg te Brugge - il-Belġju.
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Sitt Direttiva tal-VAT - Arikolu 1lA(1)(a) - Valur taxxabbli - Spejjeż mhux iffatturati mill-persuna taxxabbli.
Kawża C-69/11.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:825
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2011 – Connoisseur Belgium vs Belgische Staat
(Kawża C‑69/11)
“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura – Sitt Direttiva tal-VAT – Arikolu 11A(1)(a) – Valur taxxabbli – Spejjeż mhux iffatturati mill-persuna taxxabbli”
Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Valur taxxabbli - Provvista ta’ servizzi - Korrispettiv realment riċevut mill-fornitur - Spejjeż mhux iffatturati iżda li jistgħu jiġu ffatturati skont il-kuntratt - Esklużjoni (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 11A(1)(a)) (ara l-punt 22 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Rechtbank van eerste aanleg te Brugge - Interpretazzjoni tal-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) u tal-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Kiri ta’ dgħajjes għar-rikreazzjoni - Ftehim dwar it-tqassim tal-ispejjeż bejn l-impriża li tipprovdi d-dgħajjes għall-kiri u l-impriża li tikri - Possibbiltà ta’ fatturazzjoni ta’ ċerti spejjeż lill-impriża kerrejja - Nuqqas ta’ fatturazzjoni - Dispożizzjoni nazzjonali li teżiġi l-pagament tal-VAT fuq dawn l-ispejjeż li ma humiex fatturati. |
Dispożittiv
|
L-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, it-taxxa fuq il-valur miżjud ma hijiex dovuta fuq l-ispejjeż jew fuq l-ammonti li setgħu jiġu ffatturati permezz ta’ kuntratt mill-persuna taxxabbli lill-parti kontraenti l-oħra, li iżda ma ġewx iffatturati. |