This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0675
Case C-675/11: Reference for a preliminary ruling from the Conseil d’État (France) lodged on 29 December 2011 — Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), successor in law to the Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (VINIFLHOR) v Regalp SA
Kawża C-675/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid- 29 ta’ Diċembru 2011 — Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (VINIFLHOR) vs Regalp SA
Kawża C-675/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid- 29 ta’ Diċembru 2011 — Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (VINIFLHOR) vs Regalp SA
ĠU C 89, 24.3.2012, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Diċembru 2011 — Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (VINIFLHOR) vs Regalp SA
(Kawża C-675/11)
2012/C 89/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (VINIFLHOR)
Konvenuta: Regalp SA
Domandi preliminari
(1) |
Il-possibbiltà, miftuħa permezz tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-FAEGG (1), li jiġi estiż il-perijodu skrutinat “għal perijodi (…) li jiġu qabel jew wara l-perijodu ta’ tnax-il xahar” li huwa jiddefinixxi, kif tista’ tiġi implementata minn Stat Membru, fid-dawl, minn naħa, tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, u min-naħa l-oħra, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tan-neċessità li ma titħalliex setgħa indeterminata lill-awtoritajiet ta’ skrutinju? |
(2) |
B’mod partikolari:
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq tansazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji tal-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva 77/435/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 9, p. 208)