Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0576

Kawża C-576/11: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

ĠU C 39, 11.2.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/9


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-576/11)

(2012/C 39/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u B. Simon, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li billi ma ħax il-miżuri meħtieġa kollha biex jeżegwixxi s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-23 ta’ Novembru 2006, fil-kawża C-452/05, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea,

tordna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jħallas lill-Kummissjoni l-pagamenti ta’ penalità proposti ta’ EUR 11 340 għal kull ġurnata ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fit-23 ta’ Novembru 2006 fil-kawża C-452/05, li jibda jiddekorri mill-ġurnata tas-sentenza fil-kawża preżenti sal-ġurnata li fiha tiġi eżegwita s-sentenza fil-kawża C-452/05,

tordna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu li jħallas lill-Kummissjoni s-somma f’daqqa għal kull ġurnata ta’ EUR 1 248, li jibda jiddekorri mill-ġurnata tas-sentenza, fit-23 ta’ Novembru 2006, fil-kawża C-452/05, sal-ġurnata tas-sentenza fil-kawża preżenti jew sal-ġurnata li fiha tiġi eżegwita s-sentenza mogħtija fil-kawża C-452/05, jekk l-implementazzjoni tagħha sseħħ qabel,

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni ssostni li, hekk kif jirriżulta mill-eżami tal-informazzjoni kkomunikata mill-awtoritajiet Lussemburgiżi, il-Lussemburgu ma kienx, sa dik il-ġurnata, eżegwixxa kompletament is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u dan kważi ħames snin wara li ngħatat din tal-aħħar. Fil-fatt, il-Lussemburgu ma kkonforma ruħu la mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(4) lanqas ma’ dawk tal-artikolu 5(2). Fil-fatt, sitt impjanti ta’ trattament li jservu agglomerazzjonijiet ta’ iktar minn 10 000 ekwivalenti ta’ popolazzjoni fil-Lussemburgu għadhom ma humiex konformi mal-rekwiżiti previsti mid-direttiva 91/271/KEE (1).


(1)  Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26)


Top