Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0529

    Kawża C-529/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) Londra (Ir-Renju Unit) fis- 17 ta’ Settembru 2011 — Olaitan Ajoke Alarape, Olukayode Azeez Tijani vs Secretary of State for the Home Department

    ĠU C 370, 17.12.2011, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 370/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) Londra (Ir-Renju Unit) fis-17 ta’ Settembru 2011 — Olaitan Ajoke Alarape, Olukayode Azeez Tijani vs Secretary of State for the Home Department

    (Kawża C-529/11)

    2011/C 370/31

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) Londra

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Olaitan Ajoke Alarape, Olukayode Azeez Tijani

    Konvenut: Secretary of State for the Home Department

    Domandi preliminari

    (1)

    Sabiex ġenitur ikun jikkwalifika bħala “il-persuna li għandha effettivament il-kustodja tat-tfal” bil-għan li jakkwista dritt ta’ residenza minn fuq tfal li għandhom iktar minn 21 sena u li qegħdin jeżerċitaw dritt ta’ aċċess għall-edukazzjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68 [ara issa l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 (1) ], huwa neċessarju li dawk it-tfal ikunu (i) dipendenti fuq il-ġenitur; (ii) jirrisjedu fl-istess dar tal-ġenitur; u (iii) jirċievu appoġġ emozzjonali minn dak il-ġenitur?

    (2)

    Jekk ma jkunx meħtieġ li l-ġenitur iressaq prova li huma sodisfatti t-tliet rekwiżiti msemmija iktar ’il fuq biex dan ikun jista’ jikkwalifika għal dan id-dritt ta’ residenza derivat, huwa biżżejjed li jressaq prova li huma sodisfatti wieħed jew tnejn biss minn dawn ir-rekwiżiti?

    (3)

    Fir-rigward tal-punt (ii) iktar ’il fuq, it-tfal li huma studenti adulti jibqgħu jiġu kkunsidrati bħala li jirrisjedu fl-istess dar tal-ġenitur(i) tagħhom anki meta dawn it-tfal ikunu jgħixu ’l bogħod mid-dar matul l-istudji tagħhom (ħlief għall-vaganzi u matul tmiem il-ġimgħa xi kultant)?

    (4)

    Fir-rigward tal-punt (iii) iktar ’il fuq, huwa neċessarju li l-appoġġ emozzjonali pprovdut mill-ġenitur ikun ta’ kwalità partikolari (jiġifieri mill-qrib jew fiżikament mill-viċin) jew huwa biżżejjed jekk ikun jikkonsisti f’rabta emozzjonali normali bejn il-ġenitur u t-tfal adulti?

    (5)

    Meta persuna kellha dritt għal residenza fl-UE skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68 [ara issa l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011] għal perjodu kontinwu ta’ iktar minn ħames snin, din ir-residenza tikkwalifika għal għan li jiġi akkwistat dritt ta’ residenza permanenti skont il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2004/38/KE (2) (Id-Direttiva taċ-Ċittadini dwar id-“Dritt ta’ residenza permanenti”) u għall-ħruġ ta’ karta ta’ residenza permanenti skont l-Artikolu 19 tal-istess Direttiva?


    (1)  Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141 p. 1).

    (2)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE


    Top