This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0522
Case C-522/11: Reference for a preliminary ruling from the Giudice di Pace di Lecce (Italy) lodged on 13 October 2011 — Criminal proceedings against Abdoul Khadre Mbaye
Kawża C-522/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Guidice di Pace di Lecce (l-Italja) fit- 13 ta’ Ottubru 2011 — Proċeduri kriminali kontra Abdoiul Khadre Mbaye
Kawża C-522/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Guidice di Pace di Lecce (l-Italja) fit- 13 ta’ Ottubru 2011 — Proċeduri kriminali kontra Abdoiul Khadre Mbaye
ĠU C 370, 17.12.2011, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 370/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Guidice di Pace di Lecce (l-Italja) fit-13 ta’ Ottubru 2011 — Proċeduri kriminali kontra Abdoiul Khadre Mbaye
(Kawża C-522/11)
2011/C 370/29
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Guidice di Pace di Lecce
Parti fil-kawża prinċipali
Abdoul Khadre Mbaye
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2008/115/KE (1) jipprekludi l-possibbiltà li tiġi applikata din id-direttiva anki meta d-dispożizzjoni ta dritt nazzjonali (l-Artikolu 10a tat-test uniku 286.98) tissanzjona d-dħul jew is-soġġorn illegali bil-miżura ta’ espulsjoni bħala sostituzzjoni għall-piena? |
(2) |
Id-direttiva Komunitarja fuq ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi tipprekludi l-possibbiltà li tiġi ssanzjonata kriminalment is-sempliċi presenza tal-barrani fuq it-territorju nazzjonali, irrispettivament mit-tlestija tal-proċedura amministrattiva ta’ ritorn prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u fl-istess direttiva? |
(1) ĠU L 348, p. 98.