Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0497

    Kawża C-497/11 P: Appell ippreżentat fis- 27 ta’ Settembru 2011 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fit- 13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-81/09, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 340, 19.11.2011, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/12


    Appell ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2011 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fit-13 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-81/09, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-497/11 P)

    2011/C 340/21

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos, K. Boskovits u G. Michailopoulos)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanti

    L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-13 ta’ Lulju 2011, Kawża T-81/09, sa fejn din tiċħad ir-rikors tar-Repubblika Ellenika;

    tilqa’ r-rikors tar-Repubblika Ellenika fil-Kawża T-81/09;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    (1)

    L-ewwel aggravju : interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 4253/88 u l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 2064/97, kif ukoll tal-Artikoli 54 u 57 tar-Regolament Nru 1650/02, fir-rigward tal-portata tas-setgħat ta’ kontroll mogħtija mill-Kummissjoni lil kumpanniji privati.

    (2)

    It-tieni aggravju : applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità u nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-proġett “Triq maġġuri Tramuntana ta’ Kreta”, sa fejn il-Kummissjoni applikat, għal tali proġett, korrezzjoni ta’ 25 % b’sempliċi projezzjoni magħmula fuq il-bażi ta’ kontroll preċedenti mill-Awtoritajiet Elleniċi fir-rigward ta’ parti mill-imsemmi proġett.

    (3)

    It-tielet aggravju : interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2064/97 fir-rigward tal-proġett “Kakia Skala”, sa fejn il-Qorti Ġenerali evalwat is-suffiċjenza tar-rekords ta’ verifika tal-proġett fuq il-bażi ta’ elementi kwalitattivi.

    (4)

    Ir-raba’ aggravju : interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-offerenti u tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 93/37 fir-rigward tal-proġetti “Junction ta’ Varibobi — Bogiati u Afidnes — Junction ta’ Markopoulo — Taqsima 1”, kif ukoll “Aerino — M. Monastiri”, “M. Monastiri — Bidu tad-devjazzjoni ta’ Larissa” u “Devjazzjoni ta’ Larissa”, sa fejn it-termini u l-kundizzjonijiet previsti għall-iżvolġiment tal-proċedura ristretta ta’ għoti ta’ kuntratt kienu magħrufa mill-interessati kollha u kienu funzjonali għall-ekonomija tal-proġett.

    (5)

    Il-ħames aggravju : nuqqas ta’ eżaminazzjoni fil-fond tal-aggravju essenzjali tar-Repubblika Ellenika dwar il-kundizzjonijiet tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti għall-proġetti “Aerino — M. Monastiri”, “M. Monastiri — Bidu tad-devjazzjoni ta’ Larissa” u “Devjazzjoni ta’ Larissa”, bi ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-kontradittorju.


    Top