Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0468

    Kawża C-468/11: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

    ĠU C 340, 19.11.2011, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/11


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

    (Kawża C-468/11)

    2011/C 340/19

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Eworpea (rappreżentanti: G. Braun u S. Pardo Quintillán, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha

    tiddikjara:

    li billi ssuġġetta lill-impriżi li jipprovdu servizz jew netwerk skont l-awtorizzazzjoni ġenerali għal taxxa intiża sabiex tiffinanzja l-Corporación de Radio y Televisión Spanjola u billi stabilixxa għal dan il-għan serje ta’ kundizzjonijiet u ta’ eċċezzjonijiet kif ukoll ċerti mekkaniżmi ta’ trasferiment tad-dħul li jaqbeż ċertu limitu, u

    billi ma nnotifikax debitament l-intenzjoni tiegħu li jemenda s-sistema tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali u ma tax lill-partijiet kkonċernati, inklużi l-utenti u l-konsumaturi, terminu biżżejjed li jippermettilhom jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar l-emendi proposti;

    ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 12 u 14(1) tad-Direttiva 2002/20/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) u

    tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 5 tal-Ley de RTVE, li permezz tiegħu l-awtoritajiet Spanjoli stabbilixxew taxxa (imsejjħa tal-input) imposta fuq id-dħul gross tal-operaturi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li joperaw f’territorju determinat huwa inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni peress li ma josservax il-prinċipji u l-kundizzjonijiet tagħhom.

    Il-Kummissjoni tqis li billi ma nnotifikax debitament l-intenzjoni tiegħu li jemenda s-sistema tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali u billi ma tax lill-partijiet ikkonċernati, inklużi l-utenti u l-konsumaturi, terminu biżżejjed li jippermettilhom jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar l-emendi proposti, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni.


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.


    Top