EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0435

Kawża C-435/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis- 26 ta’ Awwissu 2011 — CHS Tour Services GmbH vs Team4 Travel GmbH

ĠU C 340, 19.11.2011, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-26 ta’ Awwissu 2011 — CHS Tour Services GmbH vs Team4 Travel GmbH

(Kawża C-435/11)

2011/C 340/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof (l-Awstrija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CHS Tour Services GmbH

Konvenuta: Team 4 Travel GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 5 tad-Direttiva Nru 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ prattiki qarrieqa fis-sens tal-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva, ma għandux ikun hemm eżami distint tal-kriterji tal-Artikolu 5(2)(a)?


(1)  ĠU L 149, p. 22.


Top