EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0427

Kawża C-427/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fis- 16 ta’ Awwissu 2011 — Margaret Kenny et. vs Minister for Justice, Equality and Law Reform, Minister for Finance, Commissioner of An Garda Síochána

ĠU C 311, 22.10.2011, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fis-16 ta’ Awwissu 2011 — Margaret Kenny et. vs Minister for Justice, Equality and Law Reform, Minister for Finance, Commissioner of An Garda Síochána

(Kawża C-427/11)

2011/C 311/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Margaret Kenny, Patricia Quinn, Nuala Condon, Eileen Norton, Ursula Ennis, Loretta Barrett, Joan Healy, Kathleen Coyne, Sharon Fitzpatrick, Breda Fitzpatrick, Sandra Hennelly, Marian Troy, Antoinette Fitzpatrick, Helena Gatley

Konvenuti: Minister for Justice, Equality and Law Reform, Minister for Finance, Commissioner of An Garda Síochána

Domandi preliminari

(1)

F’ċirkustanzi fejn prima facie tkun teżisti diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess li tkun taffettwa l-paga, bi ksur tal-Artikolu 141 (li issa sar l-Artikolu 157 TFUE) u tad-Direttiva tal-Kunsill 75/117/KEE (1), sabiex tiġi stabbilita ġustifikazzjoni oġġettiva, min iħaddem għandu jipprovdi:

(a)

ġustifikazzjoni fir-rigward tar-rekultaġġ ta’ ħaddiema li jissostitwixxu fil-pożizzjonijiet okkupati minnhom;

(b)

ġustifikazzjoni għall-ħlas ta’ paga bbażata fuq rata ogħla lill-ħaddiema li jissostitwixxu; jew

(c)

ġustifikazzjoni għal ħlas ta’ paga bbażata fuq rata iktar baxxa lir-rikorrenti?

(2)

F’ċirkustanzi fejn prima facie tkun teżisti diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess li tkun taffettwa l-paga, sabiex tiġi stabbilita ġustifikazzjoni oġġettiva, min iħaddem għandu jipprovdi ġustifikazzjoni fir-rigward:

(a)

tal-ħaddiema speċifiċi li jissostitwixxu msemmija mir-rikorrenti u/jew

(b)

tal-ġeneralità tal-pożizzjonijiet li jiġu ssostitwiti?

(3)

Jekk ir-risposta għad-domanda 2(b) tkun fl-affermattiv, il-ġustifikazzjoni oġġettiva xorta tkun stabbilita minkejja li tali ġustifikazzjoni ma tkunx tapplika għall-ħaddiema magħżula li jissostitwixxu?

(4)

Il-Labour Court wettqet żball, skont id-dritt Komunitarju, meta aċċettat li setgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni l-“interessi ta’ relazzjonijiet industrijali tajba” fid-determinazzjoni jekk min iħaddem jistax jiġġustifika b’mod oġġettiv id-differenza fil-paga?

(5)

F’ċirkustanzi fejn prima facie tkun teżisti diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess li tkun taffettwa l-paga, tista’ tiġi stabbilita ġustifikazzjoni oġġettiva abbażi tat-tħassib min-naħa tal-konvenut fir-rigward tar-relazzjonijiet industrijali? Tali tħassib għandu jkollu xi rilevanza fir-rigward ta’ evalwazzjoni ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 75/117/KEE, tal-10 ta’ Frar 1975, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 179)


Top