EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0420

Kawża C-420/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl- 10 ta’ Awwissu 2011 — Jutta Leth vs Ir-Repubblika tal-Awstrija, Land Niederösterreich

ĠU C 319, 29.10.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Awwissu 2011 — Jutta Leth vs Ir-Repubblika tal-Awstrija, Land Niederösterreich

(Kawża C-420/11)

2011/C 319/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jutta Leth

Konvenuti: Ir-Repubblika tal-Awstrija, Land Niederösterreich

Domanda preliminari

L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985 (1), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997 (2) u bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003 (3), għandu jiġi interpretat fis-sens li:

(1)

il-kunċett “beni materjali” jkopri biss is-sustanza fiżika tagħhom jew fis-sens li jkopri wkoll il-valur tagħhom?

(2)

l-istima tal-effetti fuq l-ambjent tinkludi wkoll il-protezzjoni ta’ individwu kontra danni patrimonjali kkawżati bit-tnaqqis fil-valur tal-proprjetà immobbli tiegħu?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151).

(3)  Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466).


Top