EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0400

Kawża C-400/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit- 28 ta’ Lulju 2011 — Josef Egbringhoff vs Stadtwerke Ahaus GmbH

ĠU C 311, 22.10.2011, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2011 — Josef Egbringhoff vs Stadtwerke Ahaus GmbH

(Kawża C-400/11)

2011/C 311/30

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Josef Egbringhoff

Konvenuta: Stadtwerke Ahaus GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(5) flimkien mal-paragrafi b u/jew ċ tal-Anness A tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, leġiżlazzjoni nazzjonali dwar bidliet fil-prezzijiet fil-kuntratti tal-provvista tal-elettriku magħmula ma’ klijenti residenzjali li huma fornuti bħala parti mill-obbligu ġenerali ta’ provvista (klijent bit-tariffi standard) tissodisfa r-rekwiżiti ta’ trasparenza jekk ma tippreċiżax il-motivi, il-kundizzjonijiet u l-importanza ta’ bidla eventwali fil-prezzijiet, iżda li fi kwalunkwe każ tiggarantixxi li l-fornitur tal-elettriku javża lill-klijenti tiegħu bi kwalunkwe żieda fil-prezz fi żmien xieraq u li dawn tal-aħħar jingħataw id-dritt li jtemmu l-kuntratt permezz ta’ xoljiment, jekk ma jkunux jixtiequ jaċċettaw il-bdil fil-kundizzjonijiet li jkunu ġew ikkomunikati lilhom?


(1)  Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id Direttiva 96/92/KE (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211).


Top