Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0391

Kawża C-391/11: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

ĠU C 305, 15.10.2011, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/4


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-391/11)

2011/C 305/05

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u A. Marghelis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tal-parti rikorrenti

tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-punti (1) u (3) tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 5(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Settembru 2000, dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (1) huma trasposti korrettement, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-direttiva msemmija;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE skada fil-21 ta’ April 2002. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri kollha neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, f’kull każ, ma kienx informa b’dan lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 224.


Top