EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0258

Kawża C-258/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis- 26 ta’ Mejju 2011 — Peter Sweetman, Ireland, Attorney General, Minister for the Environment, Heritage and Local Government vs An Bord Pleanala

ĠU C 226, 30.7.2011, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-26 ta’ Mejju 2011 — Peter Sweetman, Ireland, Attorney General, Minister for the Environment, Heritage and Local Government vs An Bord Pleanala

(Kawża C-258/11)

2011/C 226/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peter Sweetman, Ireland, Attorney General, Minister for the Environment, Heritage and Local Government

Konvenut: An Bord Pleanala

Domandi preliminari

(1)

Liema huma l-kriterji legali li għandhom jiġu applikati minn awtorità kompetenti għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà li pjan jew proġett, imsemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitat (1), ikollhom “effett ħażin fuq l-integrità tas-sit”?

(2)

L-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni twassal sabiex tali pjan jew proġett ma jkunux jistgħu jiġu awtorizzati jekk jirriżultaw fit-telf permanenti u mhux sostenibbli tal-habitat inkwistjoni kollu jew ta’ parti minnu?

(3)

X’inhi r-relazzjoni, jekk hemm, bejn l-Artikolu 6(4) u t-teħid tad-deċiżjoni taħt l-Artikolu 6(3) li l-pjan jew proġett ma humiex se jaffettwaw ħażin l-integrità tas-sit?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102)


Top