Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0246

    Kawża C-246/11 P: Appell ippreżentat fit- 23 ta’ Mejju 2011 mir-Repubblika Portugiża mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat- 3 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-387/07, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 219, 23.7.2011, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 219/11


    Appell ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 mir-Repubblika Portugiża mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-387/07, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-246/11 P)

    2011/C 219/14

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Appellanti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, S. Rodrigues u A. Gattini, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanti

    Ir-Repubblika Portugiża titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mogħtija fil-kawża T-387/07, u konsegwentement:

    terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex hija tevalwa t-talba għall-annullament tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni C(2007) 3772, tal-31 ta’ Lulju 2007 (1), skont kif previst fl-Artikolu 236 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl tat-talba inizjali;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża u tal-ispejjeż sostnuti mill-appellanti.

    Jew, sussidjarjament, skont kif previst fl-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fl-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja qed tintalab tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-kawża T-387/07 u tiddeċiedi definittivament il-kawża billi tilqa’ t-talbiet ippreżentati mir-Repubblika Portugiża fl-ewwel istanza u, b’hekk:

    tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni C(2007) 3772, skont kif previst fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl tat-talba inizjali; u

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża u tal-ispejjeż sostnuti mill-appellanti

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Ir-Repubblika Portugiża kienet direttament affettwata mid-Deċiżjoni C(2007) 3772, li l-motivi tagħha jiksru l-prinċipji ta’ legalità, ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, fid-dawl tal-fatt li l-implementazzjoni tad-Deċiżjoni SGAIA rriżultat li kienet konformi mal-qafas legali li kien applikabbli għaliha, li b’mod speċifiku huwa l-Ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea (KE) u Caixa Geral de Depósitos (CGD).

    B’hekk ir-Repubblika Portugiża ppreżentat dan l-appell bl-aggravju li kien hemm ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea għar-raġunijiet li ġejjin:

    I.

    NUQQAS TA’ MOTIVAZZJONI JEW MOTIVAZZJONI ŻBALJATA;

    II.

    IMPLEMENTAZZJONI REGOLARI TAL-ISPEJJEŻ U KSUR TAL-ARTIKOLU 21(1) TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 4253/88 (2) U TAL-FTEHIM


    (1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3772, tal-31 ta’ Lulju 2007, dwar it-tnaqqis fl-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) dwar is-sussidju globali ta’ għajnuna għall-investiment lokali fil-Portugall skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 1769, tat-28 ta’ Lulju 1995

    (2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet sabiex jiġi implementat ir-Regolament (KEE) Nru 2052/88. fir-rigward tal-koordinament tal-interventi tal-Fondi Strutturali differenti bejniethom, minn naħa waħda, u bejn dawn l-interventi ma’ dawk tal-Bank Ewropew għall-Investiment u strumenti finanzjarji eżistenti oħra, min-naħa l-oħra (ĠU L 374, p. 1).


    Top