Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0238

    Kawża C-238/11: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Mejju 2011 — Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Parlament Ewropew

    ĠU C 226, 30.7.2011, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 226/13


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2011 — Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Parlament Ewropew

    (Kawża C-238/11)

    2011/C 226/25

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u A. Adam, aġenti)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    tannula d-deliberazzjoni tal-Parlament Ewropew, tad-9 ta’ Marzu 2011, dwar il-kalendarju tal-perijodi tas-sessjonijiet tal-Parlament għas-sena 2013;

    tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat, minn naħa, fuq ksur tal-Protokoll Nru 6 dwar il-lokalità tas-sede tal-istituzzjonijiet u ta’ ċerti organi, korpi u dipartimenti tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-TFUE, u tal-Protokoll Nru 3 dwar il-lokalità tas-sede tal-istituzzjonijiet u ta’ ċerti organi, korpi u dipartimenti tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat KEEA, u, min-naħa l-oħra, fuq nuqqas ta’ osservanza tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Ottubru 1997, Franza vs Il-Parlament (C-345/95, Ġabra p. I-5235).

    Skont il-Gvern Franċiż, billi stabbilixxa li tnejn mit-tnax-il perijodu tas-sessjonijiet plenarji ta’ kull xahar li għandhom isiru kull sena fi Strasbourg ser jiġu mnaqqsa minn erbat ijiem għal jumejn u ser isiru, fl-2013, fl-istess ġimgħa tax-xahar ta’ Ottubru, il-Parlament Ewropew ipprova jevita r-regola li tgħid li t-tnax-il perijodu tas-sessjonijiet plenarji ta’ kull xahar, inkluża s-sessjoni tal-baġit, għandhom isiru fi Strasbourg. Id-deliberazzjoni kkontestata twassal, fir-realtà, sabiex titħassar waħda mit-tnax-il perijodu tas-sessjonijiet plenarji ta’ kull xahar li għandhom isiru kull sena fi Strasbourg. Għalhekk, hija għandha bħala l-għan uniku tagħha li tnaqqas il-perijodu ta’ preżenza tal-membri parlamentari Ewropej fil-Parlament Ewropew mingħajr ma hija mmotivata minn ebda eżiġenza ta’ organizzazzjoni interna tal-ħidma ta’ din l-istituzzjoni.


    Top