Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0237

    Kawża C-237/11: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Mejju 2011 — Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Parlament Ewropew

    ĠU C 226, 30.7.2011, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 226/12


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2011 — Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Parlament Ewropew

    (Kawża C-237/11)

    2011/C 226/24

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiz

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. De Bergues u A. Adam, aġenti)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    tannulla d-deliberazzjoni tal-Parlament Ewropew, tad-9 ta’ Marzu 2011, dwar il-kalendarju tal-perijodi ta’ sessjonijiet tal-Parlament għas-sena 2012;

    tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat, minn naħa, fuq il-ksur tal-protokoll Nru 6 dwar l-iffissar tal-lokalità tas-sede tal-istituzzjonijiet u ta’ ċerti organi, korpi u dipartimenti tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-TFUE, u tal-protokoll Nru 3 dwar l-iffissar tal-lokalità tas-sede tal-istituzzjonijiet u ta’ċerti organi, korpi u dipartimenti tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat KEEA, u, min-naħa l-oħra, fuq in-nuqqas ta’ osservanza tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Ottubru 1997, Franza vs Il-Parlament (C-345/95, Ġabra p. I-5235).

    Skont il-Gvern Franċiż, meta ppreveda li tnejn mit-tnax-il perijodu ta’ sessjonijet plenarji mensili li għandhom jinżammu kull sena fi Strasbourg ser jitnaqqsu minn 4 ijiem għal jumejn u li, fl-2012 se jseħħu matul l-istess ġimgħa tax-xahar ta’ Ottubru, il-Parlament Ewropew ipprova jevita r-regola li t-tnax-il perijodu ta’ sessjonijiet plenarji mensili, inkluża s-sessjoni baġitarja, għandhom jinżammu fi Strasbourg. Fir-realtà, id-deliberazzjoni kkontestata twassal sabiex waħda mit-tnax-il perijodu ta’ sessjonijiet plenarji mensili li għandhom jinżammu kull sena fi Strasbourg, titħassar. Għaldaqstant, hija għandha l-għan waħdieni li tnaqqas it-tul tal-preżenza tad-deputati Ewropej fis-sede tal-Parlament Europew, mingħajr ma tkun immotivata minn ħtieġa ta’ organizzazzjoni interna ta’ xogħlijiet ta’ din l-istituzzjoni.


    Top