This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0224
Case C-224/11: Reference for a preliminary ruling from the Naczelny Sąd Administracyjny (Republic of Poland), lodged on 13 May 2011 — BGŻ Leasing Sp. z o. o. v Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie
Kawża C-224/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Naczelny Sąd Administracyjny (ir-Repubblika tal-Polonja) fit- 13 ta’ Mejju 2011 — BGŻ Leasing Sp. z o. o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie
Kawża C-224/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Naczelny Sąd Administracyjny (ir-Repubblika tal-Polonja) fit- 13 ta’ Mejju 2011 — BGŻ Leasing Sp. z o. o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie
ĠU C 219, 23.7.2011, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Naczelny Sąd Administracyjny (ir-Repubblika tal-Polonja) fit-13 ta’ Mejju 2011 — BGŻ Leasing Sp. z o. o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie
(Kawża C-224/11)
2011/C 219/11
Lingwa tal-kawża: il-Pollak
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BGŻ Leasing Sp. z o. o.
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KEE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) għandu jiġi interpretat fis-sens li servizzi ta’ ssigurazzjoni relatata ma’ oġġet mogħti b’leasing u servizzi tal-leasing stess għandhom jiġu kkunsidrati bħala servizzi distinti jew bħala servizzi globali komposti ta’ leasing? |
(2) |
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija fis-sens li servizzi ta’ assigurazzjoni relatata ma’ oġġet mogħti b’leasing u servizzi tal-leasing stess għandhom jiġu kkunsidrati bħala servizzi distinti, id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 135(1)(a) u tal-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġi interpretati fis-sens li servizzi tal-assigurazzjoni relatata mal-oġġett mogħti b’leasing huwa eżenti mill-VAT meta min jagħti l-leasing jassigura huwa stess l-imsemmi oġġett u jiffattura l-ispejjeż ta’ din l-assigurazzjoni lil min jieħu l-leasing? |