Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0220

    Kawża C-220/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší Správní Soud (Repubblika Ċeka) fil- 11 ta’ Mejju 2011 — Star Coaches s.r.o. vs Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

    ĠU C 219, 23.7.2011, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 219/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší Správní Soud (Repubblika Ċeka) fil-11 ta’ Mejju 2011 — Star Coaches s.r.o. vs Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

    (Kawża C-220/11)

    2011/C 219/10

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší Správní Soud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Star Coaches, s.r.o.

    Konvenuta: Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 306 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) japplika biss fuq servizzi pprovduti minn aġenziji tal-ivvjaġġar lill-konsumaturi finali ta’ servizz tal-ivvjaġġar (lill-passiġġieri) jew ukoll fuq is-servizzi pprovduti lil persuni oħra (lill-klijenti)?

    (2)

    Kumpannija tat-trasport li sempliċement tipprovdi trasport ta’ persuni billi tipprovdi trasport bix-xarabank lil aġenziji tal-ivvjaġġar (mhux direttament lill-passiġġieri) u li ma tipprovdix servizzi oħra (akkomodazzjoni, informazzjoni, konsulenza eċċ), tista’ titqies bħala aġenzija tal-ivvjaġġar għall-finijiet tal-Artikolu 306 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?


    (1)  ĠU L 347, p. 1.


    Top